Brexit estiż sal-aħħar t'Ottubru | One News

Notifiki

Brexit estiż sal-aħħar t’Ottubru

F’summit ta’ aktar minn 5 sigħat il-Mexxeja Ewropej qablu li jestendu l-ħruġ tar-Renju Unit sal-aħħar ta’ Ottubru.

Is-summit ta’ emerġenza bejn il-mexxeja ewropej sar l-Erbgħa filgħaxija fi Brussell. Dan hekk kif kien ir-Renju Unit li talab sabiex il-ħruġ mill-Unjoni Ewropea jiġi estiż sal-aħħar ta’ Ġunju, minflok sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa.

F’messaġġ li għadda l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li r-Renju Unit sabiex ma jaħlix ħin. Filwaqt li l-Prim Ministru Ingliż Theresa May qalet li r-Renju Unit se jagħmel minn kollox sabiex iħalli l-Unjoni Ewropea mill-aktar fis possibbli.

Jidher lill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-Ingilterra jridu jsiru, sakemm ir-Renju Unit ma jiddeċidiex li joħroġ nhar l-1 ta’ Ġunju li ġej.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend