Karozza tat-tip Peugout ħadet in-nar fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra f’Birkirkara. B’konsegwenza ta’ hekk sofrew ħsarat żewġ vetturi oħra tat-tip Ford u Nissan flimkien ma’ mutur.
Il-karozzi ħadu n-nar qrib garaxx li ftit tax-xhur ilu kien sar ‘raid’ għad-droga fih. ONE News hu nfurmat li s’issa mhux stabilit jekk il-każ tal-karozzi l-Ħamis filgħodu għandux konessjoni mal-attivita’ kriminali li kienet qed issir f’dan il-garaxx.
Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ kontra d-drogi, kienet għamlet tfittxijiet intensivi f’garaxx fl-istess triq nhar il-25 t’Ottubru li għadda. Dak in-nhar il-Pulizija kienet arrestat 14 il-persuna, u wieħed kien tressaq il-Qorti ftit tal-ġranet wara.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.