BIL-FILMAT: “Tibżax tagħmel dak li vera tixtieq”- studenti li għażlu l-vokazzjoni flok l-akkademja – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: “Tibżax tagħmel dak li vera tixtieq”- studenti li għażlu l-vokazzjoni flok l-akkademja

“Hija esperjenza sabiħa, skola li titgħallem ħafna minnha, skola li tgħinek taħdem hands on li lili tgħinni.”

“Skejjel oħra ma kellhomx edukazzjoni hands-on bħal hawnhekk, għandhom approach differenti. Jekk ikollok bżonn l-għajnuna jibqgħu miegħek sakemm issolviha.”

Dawn huma Yasmin Flores u Gilmour Borg, li bi kburija laqgħuna fl-iskola vokazzjonali f’Raħal Ġdid fil-jum li din l-iskola fetħet il-bibien tagħha għall-pubbliku. Hawnhekk, professjonisti, ġenituri, u studenti prospettivi ngħataw togħma ta’ kif din l-iskola tħejji l-istudenti tagħha għad-dinja tax-xogħol.

Bħal Yasmin u Gilmour, l-istudenti li jattendu din l-iskola jkollhom imħabba speċjali għas-snajja’, u għax l-iskola tradizzjonali m’offrietilhomx triq għal ħolm tagħhom, ħabbtu l-bibien ta’ din l-iskola.

“Familti kienu supportive ħafna imma sibtha diffiċli biex naqta’ lil sħabi. Hawnhekk mal-ewwel drajt għaliex kulħadd veru welcoming.”

Iż-żewġ studenti qed isegwu kors fil-midja u wara sentejn ikunu jistgħu jsegwu kors l-MCAST, fejn jistgħu jiksbu sa Masters fis-suġġett tagħhom.

B’kollox, l-iskola toffri erbgħa u għoxrin suġġett vokazzjonali differenti, li jinkludu l-midja, sbuħija, welding, inġinerija, u kura soċjali fost oħrajn.

“Skola bħal din mhux dejjem kitba u qari. Hija hands-on, li għalija aktar narah ix-xogħol.”

Is-Surmast tal-iskola, is-Sur Mario Bugeja, spjega li hemm żewġ tipi ta’ korsijiet li toffri l-iskola.

Dak tal-ALP, li huwa offrut għall-istudenti li għadhom ilestu r-raba’ sena sekondarja, li jagħżlu tliet suġġetti biex jistudjaw.

Huma jkollhom ukoll lezzjonijiet fil-Malti, l-Ingliż, u l-Matematika.

“Matul is-sena jitgħallmu tnejn minnhom, u studenti tal-ALP plus, li jkunu post-sekondarja, jagħżlu suġġett wieħed u jkomplu fuq dan is-suġġett vokazzjonali.”

Wieħed jifhem ukoll li xi studenti jsibuha diffiċli jammettu mal-ġenituri tagħhom li l-iskola ‘tradizzjonali’ ma tantx tgħodd għalihom, iżda, dan m’għandu jwaqqaf lil ħadd milli jagħmel dan il-pass.

“Tibżax tagħmel dak li huwa veru għal qalbek. Li tagħmel idħol għaliha head-on, u dejjem familja u edukazzjoni l-ewwel.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend