Richard Sciberras tressaq il-Qorti wara li 3 ijiem ilu għall-ħabta ta’12:00pm f’Ħal Qormi, kkawża ġrieħi ħfief lil raġel ieħor. Dan filwaqt li kien riċediv u li fil-pussess tiegħu kellu d-droga kokaina u eroina.
Sciberras ta’ 45 sena ammetta għal dawn l-akkużi quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Monica Vella. Il-Maġistrat Vella qieset l-ammissjoni ta’ Sciberras, il-fedina penali tiegħu u kif ukoll il-gravità u ċ-ċirkostanzi tar-reat.
B’hekk l-imputat instab ħati u ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal 4 snin. Huwa tpoġġa wkoll fuq ordni ta’ probation għal sentejn. Matulhom Sciberras għandu jkun segwit filwaqt li wkoll għandu jingħata l-għajnuna meħtieġa.