Ikun żball madornali li tafdaw il-vot tagħkom f’idejn sriep tradituri – David Griscti – One News

Notifiki

Ikun żball madornali li tafdaw il-vot tagħkom f’idejn sriep tradituri – David Griscti

Waqt li kompliet toħroġ fid-deher il-qasam interna fil-Partit Nazzjonalista, l-eks President tal-AZAD tal-Partit Nazzjonalista, l-Avukat David Griscti ħareġ b’attakk qawwi fuq il-fazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

Taħt artiklu li fih ġiet irrapportata dak li ssejjaħ bħala żball ta’ ġudizzju mid-deputat Kristy Debono, Griscti persuna qrib sew tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil tkellem dwar bosta “żbalji ta’ ġudizzju” li qal li saru fil-Partit Nazzjonalista meta fi tmun kien hemm Simon Busuttil.

Semma dak li sejjaħ bħala xebgħa tixwix mar-residenti tad-distett ta’ Debono kontra kandidati oħra jew stejjer foloz fuq kandidati sħabhom fid-distrett. Huwa staqsa wkoll jekk hux żball ta’ ġudizzju meta diskorsi ta’ Simon Busuttil twasslu għand il-ONE bħalma ġara bil-minuti tal-eżekuttiv li twasslu għand il-gazzetti.

B’referenza ċara għat-tmexxija ta’ Adrian Delia li sa mill-bidu nett kien iddikjara li Delia qatt ma seta’ jkun persuna idonea li tmexxi l-Partit Nazzjonalista minħabba l-karattru dubjuż tiegħu, huwa temm il-messaġġ tiegħu billi stqarr li l-akbar żball ta’ ġudizzju jagħmlu min jafda l-vot tiegħu f’idejn dawk li sejjaħ bħala “sriep tradituri” tal-Partit Nazzjonalista. “Dak veru error of judgement… error of judgement madornali”, temm jgħid l-Avukat Griscti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend