Fl-aħħar edizzjoni tal-festival mtella’ mill-għaqda mhux governattiva The Bubble inġabru totall ta’ €32,000 għall-karità.
Il-flus li nġabru tqassmu lill-organizzazzjonijiet u għaqdiet ta’ karità lbieraħ f’ċerimonja fil-Fortress Builders Interpretation Centre.
Il-Flus li nġabru tqassmu hekk:
€6,000 to the Gaia Foundation
€6,000 to Right to Smile
€4,500 to Kabataan Orchestra
€4,500 to The Bubble action committee
€1,000 to Step Up for Parkinsons
€650 to Get Trashed Malta
- €550 to Majjistral Park
Il-bqija tal-flus li nġabru, li jammontaw għal €9,000, ser ikunu qed jintużaw għall-edizzjoni li jmiss tal-festival The Bubble sabiex b’hekk jerġa jkun suċċess.
Il-festival The Bubble jittella’ darba fis-sena, f’Settembru f’Għajn Tuffieħa sabiex joħloq kuxjenza dwar l-immaniġġjar tal-iskart u l-għajxien sostenibbli.