Il-Gvern ser jerġa' jagħti €11.5 miljun ewro f'ċekkijiet lura lill-ħaddiema kollha. | One News

Notifiki

Il-Gvern ser jerġa’ jagħti €11.5 miljun ewro f’ċekkijiet lura lill-ħaddiema kollha.

Il-Gvern se jrodd mal-ħdax-il miljun u ħames mitt elf ewro f’ċekkijiet lil kull ħaddiem li jaqla’ anqas minn €60,000 fis-sena.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha spjega kif għat-tieni sena konsekuttiva, il-Gvern se jerġa’ jibgħat ċekk lil kull min jaħdem, sew jekk full-time u sew jekk part-time.

“Issa morna oltre milli nagħtu tax refund. pero mhux billi naqtgħu t-taxxa għax nispiċċaw li min qiegħed ta’ fuq jieħu l-iżjed, t’isfel jieħu anqas u min ma jħallasx taxxa ma’ jieħu xejn. Kif tagħti refund ta’ taxxa lil min ma ħallasx taxxa? allura ġiet iddisinjata din il-miżura li jintbagħat ċekk li jvarja minn naħa ta’ fuq ta’ €40 u n-naħa t’isfel sa 60 u €68.”

Dawn il-ħaddiema se jirċievu ċekk fejn l-ammont li se jitħallas se jvarja minn €40 għal massimu ta €68, skont id-dħul gross mix-xogħol tal-individwu li jkun daħħal fis-sena ta’ qabel. GRAFIKA

Il-Ministru Scicluna qal li din hija wegħda oħra tal-baġit li dan il-Gvern se jwettaq fl-intier tagħha. Sjega li biż-żieda fil-COLA flimkien ma’ din l-għotja, il-ħaddiema se jirċievu sa €3.64 fil-ġimgħa.

Din il-miżura se tiswa lill-Gvern kważi €11-il miljun u ħames mitt elf ewro u se jibbenefikaw minnha aktar minn mitejn u sebat elef ruħ li qegħdin fis-suq tax-xogħol.

F’sentejn il-Gvern se jkun radd lill-ħaddiema madwar €23 miljun. Iċ-ċekkijiet se jibdew jitqassmu fil-15 ta’ April lil dawk kollha li kienu irreġistrati f’impjieg matul l-2017.

Il-Ministru fakkar kif permezz ta’ numru ta’ miżuri li daħħal dan il-Gvern, mill-2013 ‘l hawn il-persuni f’riskju ta’ faqar naqqsu minn 102,000 għal 87,000.

“Dawn huma flus li se jmorru fil-familji, ċekk li jissarrfu u jkomplu jgħinu ma miżuri oħrajn tal-leave, jumejn leave, tat-trasport b’xejn għall-iskejjel, child care b’xejn, dawn huma kollha miżuri li u wrejt illum li meta jiġu studjati u ddisinjati minn qabel juru ċar li r-riskju ta’ faqar se jonqos u għalekk qed jonqos il-faqar.”

Il-Professur Scicluna temm billi tenna li l-Gvern mhux biss għandu d-dmir li joħloq il-ġid iżda wkoll li jara li dan jitqassam.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend