Programm Uniku ta’ Marċi Funebri minn Maestro Salvatore Bonaffini ġewwa Ħal Qormi – One News

Notifiki

Programm Uniku ta’ Marċi Funebri minn Maestro Salvatore Bonaffini ġewwa Ħal Qormi

L-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Hal Qormi sa mit-twaqqif tagħha dejjem ipparteċipat bis-sħiħ fl-attivitajiet li jittellgħu f’beltna, f’dan iż-żmien għażiż. Xhieda ta’ dan huwa li anki fiż-żmien ikraħ tal-gwerra il-banda kienet ittella’ programm mużikali nhar Ħadd il-Palm

Għall- okkażjoni tal-125 sena mit-twaqqif tal-banda, kif ukoll sabiex tfakkar l-ewwel ċentinarju minn meta  ittella’ għall-ewwel darba l-programm ta’ Ħadd il-Palm, l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri, qed tistieden lil Mro Salvatore Bonaffini, sabiex imexxi dan il-programm ta’ marċi funebri nhar il-Hadd 14 t’April fis-7:00 ta’ fil-għaxija, quddiem is-sede’ tagħha (kulħadd mistieden jattendi).

Mro Salvatore Bonaffini twieled Sqallija, fl-Italja. Studja l-mużika  fil-Konservatorju “Vincenzo Bellini” ta’ Palermo, taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Piero Cecere. Aktar tard huwa wkoll beda l-karriera vokali (tenur)  taħt id-direzzjoni ta’ Maestro E Mairoca. Bonaffini ha sehem f’bosta xogħolijiet mużikali kemm fl-Italja kif ukoll madwar id-dinja (Il-Libanu, Ġappun u l-Istati Uniti tal-Amerika)

Mro. Bonaffini, huwa d-direttur mużikali ta’ żewġ gruppi bandistiċi Sqallin kif ukoll membru tal-kor tat-Teatru Massimo Bellini ta’ Catania kif ukoll tal-kor tat- Teatro del Maggio Musicale Fiorentino ta’ Firenze. Bħal surmast direttur tal- Associazione Culturale Sicilia in Musica ta’  Caltanissetta, huwa jieħu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ Trapani. Kif wieħed jistenna, il-parteċipazzjoni fil-purċissjoni ta’ Trapani tirrikjedi l-kompożizzjoni ta’ marċi funebri ta’kwalita’.

Mro. Bonaffini mhux biss huwa kompożitur prolifiku, iżda wkoll rebbieħ ta’ diversi konkorsi mużikali. Ta’  min isemmi  li, fis-sena 2010 bil-marċ funebri  “Pianto” huwa rebaħ  id-9 edizzjoni tal-konkors għal-marċi funebri ġodda organizzat fil-belt ta’ Mottola.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend