Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Antonio Guterres ikkundanna l-ġlied fi Tripli u l-madwar, fosthom attakk mill-ajru mill-Armata Nazzjonali Libjana fuq l-ajruport ta’ Mitiga.
Is-Segretarju Ġenerali Guterres ħeġġeġ għal twaqqif minnufih ta’ operazzjonijiet militari; tenna li m’hemmx soluzzjoni militari għal-Libja; u sejjaħ lill-partijiet involuti biex jiddjalogaw minnufih biex jilħqu soluzzjoni politika.
Fakkarhom bl-obbligu taħt liġijiet umani internazzjonali li jiżguraw li is-sigurtà ta’ persuni ċivili, u li l-Libjani kollha jixirqilhom il-paċi, prosperità u rispett għad-drittijiet umani.
Dan jidwi kliem ir-Rappreżentant Permanenti għal Malta fl-Unjoni Ewropea, Daniel Azzopardi, li f’isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, qal li s-sitwazzjoni titlob deċiżjonijiet favur soluzzjoni paċifika fuq livell politiku u diplomatiku.
Intant l-ajruport ta’ Mitiga reġa’ fetaħ – partikolarment minħabba l-possibilità ta’ użu militari tiegħu.