Il-poplu tal-Izrael beda jivvota fl-iktar elezzjoni miġġielda fil-pajjiż fl-aħħar snin.
Elezzjoni li fiha l-Prim Ministru preżenti, Benjamin Netanyahu, qed ifittex li jikseb il-ħames mandat tiegħu.
Dan però fl-istess waqt li qed jaffaċja allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni u sfida qawwija minn kandidat iehor – il-Ġeneral irtirat Benny Gantz – li l-kampanja tiegħu qed tiffoka fuq is-sugurtà, u politika iktar nadifa.
Il-votazzjoni tagħlaq illejla, u hekk kif l-ebda partit qatt ma rebaħ maġġoranza assoluta fil-Parlament Iżraeljan – li jilqa’ mija u għoxrin deputat- mistennija jiem sħaħ ta’ negozjati biex tiġi ffurmata koalizzjoni li eventwalment tiggverna l-pajjiż.