Erbat elef u erba mitt pensjonanti li għandhom pensjoni tas-servizz ibbenefikaw minn żieda fil-pensjoni tas-siġurta’ soċjali tagħhom. Dan it-twettieq ta’ miżura fil-baġit ser issarraf f’żieda medja ta’ għaxar ewro fil-ġimgħa. B’nofs il-benefiċċjarji ser igawdu minn żieda li tlaħħaq il-ftit aktar minn sitt mija u ħamsin ewro fis-sena.
F’kummenti ma’ ONE NEWS, il-Ministru għas-Solidarjeta’ Soċjali Michael Falzon spjega kif sas-sena l-oħra, meta pensjonant tas-servizz kien jilħaq l-eta’ ta’ tnejn u sebgħin sena, għal fini tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali kien jiġi njorat nofs l-ammont tal-pensjoni tas-servizz li kienet allokata lilhom.
Falzon qal li “Din hija miżura li se tolqot 4,400 pensjonant li għandhom il-pensjoni tas-servizzi. Tidħol fis-seħħ meta wieħed jagħlaq 72 sena fejn qabel kienet tittieħed in-konsiderazzjoni kollha mbagħad ġiet 75% issa ġejjin ghal 50% eventwalment jiġi żmien li malli tagħlaq 72 sena ma tiġi kkommotata ebda pensjoni tas-servizz.”
Din il-miżura tal-baġit li daħlet fil-bidu ta’ din is-sena, qed tiswa lil Gvern żewġ miljun u mitejn elf ewro. Il-benefiċċjarji b’dew jitħalsu b’lura minn Jannar illi għadda. Bl-arretrati li tħallsu b’lura mill-bidu tas-sena laħqu s-somma ta’ kważi nofs miljun ewro.
L-aktar faxxa li gawdew minn din il-miżura kienu dawk il-benefiċċjarji li l-pensjoni tas-servizz tagħhom hija aktar baxxa minn ta’ oħrajn. Infatti, minkejja li t-titjib ivarja skont il-każ, l-akbar numru kien fost il-faxxa ta’ pensjonanti li ħadu żieda ta’ ftit aktar minn tnax-il ewro u nofs fil-ġimgħa.
Bit-twettieq ta’ din il-miżura, l-Gvern tassew qed ikompli jsaħħaħ il-pensjonijiet u jaħseb ukoll f’min, għal ħamsa u għoxrin sena sħaħ kien minsi minn Gvernijiet Nazzjonalista.