Il-Funtana tat-Tritoni se tkun mitfija għal tliet ġimgħat minn nhar it-Tnejn 8 ta’ April sa nhar il-Ħadd 28 ta’ April għal manutenzjoni skedata.
Fi stqarrija l-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali qal li matul dawn il-ġimgħat, ser isir xogħol ta’ manutenzjoni fejn ser jinżebgħu mill-ġdid il-vaski tal-funtana, filwaqt li se jsir ukoll xogħol ta’ tindif fuq it-travertina u ż-żennuni tal-vaska ta’ fuq.
Din il-manutenzjoni qiegħda ssir b’mod regolari sabiex dan il-monument li reġa’ ngħata l-ħajja, jiġi kkonservat għal bosta snin oħra għat-tgawdija tal-Maltin u l-Għawdxin u dawk kollha li jżuruna.