Il-President ta’ Malta George Vella għażel li jibda bl-ewwel zjara uffiċjali tiegħu, fil-Gzira Għawdxija.
Iż-żjara f’Għawdex bdiet fir-Rabat fejn hemmhekk intlaqa mill-Ministru ta’ Għawdex Justyne Caruana.
Wara li poġġa fjuri quddiem il-monument tal-Indipendenza, il-President George Vella ħa l-okkazzjoni sabiex jitkellem mal-membri tal-scouts tar-Rabat u x-Xagħra Għawdex.
Il-President ta’ Malta u s-Sinjura Miriam Vella, ingħataw merħba sabiħa mill-Għawdxin u anki turisti preżenti.
Huma mxew fit-toroq tar-Rabat fejn bosta persuni waqfu jkellmu lill-President il-Ġdid, u kien hemm min ħataf l-okkazzjoni sabiex jieħu l-ewwel ritratt mal-President u s-Sinjura Vella.
Iz-zjara issoktat fil-Ministeru ta’ Għawdex. Hemmhekk il-President George Vella kellu laqgħa mal-Ministru Justyne Caruana u d-deputati nazzjonalisti Għawdxin, Chirs Said, Fredrick Azzopardi u David Stellini.
Wara l-President mar fil-kurja ta’ Għawdex, fejn kellu laqgħa mal-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech.
Il-President George Vella talab l-għajnuna tal-Knisja, sabiex dejjem tgħaddielu il-kritika, kummenti u suġġerimenti tagħha. Filwaqt li reġa saħaq li bħal ma kif għamel fil-karriera tiegħu, se jibqa viċin il-poplu.
Il-President ta’ Malta mar ukoll fil-Banca Giuratale fejn hemmhekk iffirma l-ktieb tal-vizitaturi.