Daqshekk ‘Unjoni Ewropea’ fuq il-passaporti Ingliżi – One News

Notifiki

Daqshekk ‘Unjoni Ewropea’ fuq il-passaporti Ingliżi

Il-passaporti fir-Renju Unit ġew aġġornati biex issa ma’ jidrhux il-kliem ‘Unjoni Ewropea’ fuq il-faċċata.

Jidher li dawn ġew introdotti fit-tletin ta’ Marzu li għadda, l-għada li r-Renju Unit suppost ħareġ mill-Unjoni Ewropea.  Il-Ministeru għall-Intern tal-pajjiż qal li bħalissa ċittadini madwar il-pajjiż għandhom jirċievu l-verżjoni aġġornata tal-passaport tagħhomfiż-żmien li ġej. Kien spjegat ukoll li d-deċiżjoni biex titneħħa l-marka tal-Unjoni Ewropea ttieħdet bil ħsieb li Brexit iseħħ fiż-żmien stipulat. 

It-tqassim tal-passaporti aġġornati mistenni jitlesta sal-aħħar tas-sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend