Il-President Alġerin Abdelaziz Bouteflika irreżenja wara ġimgħat sħaħ ta’ protesti.
Bouteflika ilu fil-poter għal 20 sena sħaħ u dan l-aħħar kien qed ikollu pressjoni biex jieqaf mit-terminu tiegħu bħala President minħabba li mżgħadux f’saħħtu biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu.
L-armata tal-Alġerija li hija b’saħħitha wkoll talbet lill-President ta’ 82 sena biex jiddeċiedi u jieqaf. Bouteflika sofra minn puplesija sitt snin ilu u rari kien qed jidher fil-pubbliku.
Fil-belt kapitali nstemgħu ħornijiet jindaqqu kif ukoll bosta xejru l-bandiera tal-pajjiż u kantaw f’dan li qed iqisuh mument storiku għal pajjiżhom.