ARA: Investiment ta’ €700,000 sabiex tinfetaħ il-Mitħna tal-Għaqba fin-Naxxar – One News

Notifiki

ARA: Investiment ta’ €700,000 sabiex tinfetaħ il-Mitħna tal-Għaqba fin-Naxxar

Is-Segretarju Parlamentari għall-fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia ħabbar investiment ta’ madwar €680,000 mill-fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali sabiex tinfetaħ il-Mitħna tal-Għaqba fit-Triq il-Kbira fin-Naxxar. Minn post inaċċessibbli se ssir attrazzjoni turistika b’valur storiku u kulturali.

L-interventi se jinkludu xogħol ta’ restawr u żvilupp fuq waħda mill-ikbar mtieħen f’pajjiżna. Dan ix-xogħol kien beda fl-2002 iżda kellhu jieqaf minħabba nuqqas ta’ fondi. Issa permezz ta’ fondi Ewropej, dan ix-xogħol seta’ jkompli. Il-hsieb hu li l-mitħna tiġi restawrata għall-istat oriġinali tagħha.

Fis-16 t’April tagħlaq is-sejħa għall-offerti biex issir l-ewwel fażi ta’ restawr li tinkludi r-restawr tal-aperturi u ‘waterproofing.’

Il-pjan hu li x-xogħol jibda f’Lulju li ġej u jieħu 30 ġimgħa biex jitlesta biex il-proġett lest ikun inawgurat is-sena d-dieħla meta jibda jilqa’ l-ewwel viżitaturi.

Farrugia qal li dan hu proġett ieħor li bih qed naċċertaw li l-fondi Ewropej qed jiġu investiti fil-lokalitajiet kollha Maltin u Għawdxin speċjalment biex nippromwovu il-wirt kulturali ta’ pajjiża. Proġetti bħal dawn huma parti mill-pjan tagħna biex it-turist jibda jżur lokalitajiet li sa ftit taż-żmien ilu kien jeskludi mill-itinerarju tiegħu.

“Għaldaqstant filwaqt li se nkomplu ninvestu l-fondi Ewropej f’postijiet storiċi bħal palazz tal-Granmastru, t-teatru Manoel u l-mużew Muza. Rajna li nużaw il-fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali f’restawr ta’ siti storiċi, knejjes, artefacts, torrijiet tal-għassa u bħal f’dan il-kaz, il-mitħna tan-Naxxar u dik tax-Xewkija f’Għawdex. Dan hu l-mod li bih qed nitrasformaw u nsaħħu l-ekonomija ta’ pajjiżna,” qal Farrugia.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li dan il-proġett juri kemm il-Gvern jemmen fil-komunitajiet lokali u jikkumplimenta x-xogħlijiet li għaddejjin fit-toroq biex verament issir bidla fil-lokalitajiet madwar il-pajjiż.


Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend