Il-Gvern Lokali fuq l-Għatba tal-Komunità – Seminar informattiv għall-kunsilli lokali u l-kumitati reġjonali – One News

Notifiki

Il-Gvern Lokali fuq l-Għatba tal-Komunità – Seminar informattiv għall-kunsilli lokali u l-kumitati reġjonali

L-għan ewlieni tal-gvern lokali huwa li jara li ċ-ċittadini jkunu fiċ-ċentru tas-servizzi mogħtija u għalhekk dejjem irid jiġi assigurat li l-fondi investiti fil-gvern lokali jridu jitgawdew mir-resident.

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis waqt seminar informattiv għall-kunsilli lokali u l-kumitati reġjonali. Huwa kompla jgħid li dan is-seminar, għalhekk, għandu jwassal għal koordinazzjoni aħjar li fl-aħħar mill-aħħar se twassal għal ħajja aktar sana għaċ-ċittadin.

Is-seminar għall-kunsilli lokali u l-kumitati reġjonali iddiskuta “Il-Gvern Lokali fuq l-Għatba tal-Komunità”. L-għan huwa li jiġi rriġenerat għarfien dwar kif il-gvern lokali jista’ jagħti kontribut akbar fl-implimentazzjoni ta’ policies u strateġiji nazzjonali biex jitjiebu l-benesseri u l-ħajja sana taċ-ċittadin.

Għas-seminar kienu mistednin il-kunsilli lokali u l-kumitati reġjonali kollha u diversi entitajiet governattivi li jaħdmu mill-qrib magħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis fakkar li dan huwa wkoll l-għan ewlieni tar-riforma fil-gvern lokali. Bis-saħħa ta’ din ir-riforma se ssir ħidma fuq il-qasam soċjali sabiex b’hekk ebda persuna ma tiċċaħħad mill-opportunitajiet jew mis-servizzi offruti, li l-kwalità tal-ħajja titjieb, inklużi tal-anzjani u tal-persuni bi bżonnijiet speċjali, u jitjiebu u jissaħħu l-attivitajiet u l-inizjattivi li jippromwovu l-kultura, l-isport u l-edukazzjoni, sabiex b’hekk ħadd ma jkun eskluż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend