Għawdxi ieħor ser jinħatar bħala Isqof fil-missjoni – One News

Notifiki

Għawdxi ieħor ser jinħatar bħala Isqof fil-missjoni

Fr Giovann Cefai, saċerdot Għawdxi ta’ 55 sena, ġie nominat sabiex jinħatar Isqof tal-Prelatura ta’ Santiago Apostol de Huancane fil-Peru.

Huwa ġie ordnat saċerdot fl-1997 minn taħt idejn l-Isqof mibki Nikol Cauchi. Kien fl-2001 li Fr Giovann Cefia ġie mibgħut fil-Peru sabiex hemmek iservi bħala missjunarju.

Fr Giovann huwa l-ewwel isqof mill-Komunita MSSP, l-ewwel isqof għal din id-Djoċesi u l-ewwel Isqof mir-raħal pittoresk taż-Żebbuġ Għawdex.

Bil-ħatra ta’ Fr Giovann, fi ftit xhur Għawdex ħa jerġgħa jkolli Isqof ieħor, dan wara li ftit ilu Mons. Alfred Xuereb inħatar bħala Nunzju Appostoliku tal-Korea t’isfel u l-Mongolja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend