FILMAT: Għallmitni ħafna anke minn min ikkritikani inġustament | One News

Notifiki

FILMAT: Għallmitni ħafna anke minn min ikkritikani inġustament

Jien tgħallimt ħafna matul dawn il-ħames snin. Tgħallimt ħafna dwar il-poplu tagħna. tgħallimt ħafna dwar l-aspirazzjonijiet tal-poplu tagħna. Tgħallimt ħafna mit-tfal, miż-żgħażagħ u minn kull esperjenza li għaddejt minnha.

Hekk iddeskriviet il-ħames li għaddew il-President Marie-Louise Coleiro Preca fl-ogħla kariga tal-pajjiż.

Kienu snin ta’ pożittiva iżda kien hemm esperjenzi li ma kinux daqshekk pożittivi, iżda din hija l-ħajja jkollok it-tlugħ u l-inżul.

F’intervista ma’ ONE NEWS, il-President tkellmet dwar il-bidliet li qed iseħħu fis-soċjetà Maltija u qalet li m’aħniex poplu omoġenu.

Jiddispjaċini għal min jagħmel kritika għal min ma jkunx qed jifhem x’qed jiġri. Kont nitkellem dwarhom u se nibqa’ nitkellem dwarhom għax din hija r-realtà ta’ pajjiżna.

Qalet li jekk ma nagħrfux x’hemm illum u x’jista’ jkollna ‘l quddiem, inkunu qed nagħmlu bħan-nagħma.

Jien nippreferi ma nagħmilx bħall-ostrich jien nippreferi ma jkollnix xokkijiet. Jien nippreferi li s-socjetajiet tagħna nippreparaw irwieħna għalihom.

Il-President qalet li l-globalizzazzjoni ġġib aspirazzjonijiet ġodda għall-popli kollha. Sostniet li bħalma f’pajjiżna hawn bosta ħaddiema barranin, u minkejja li għandna sitwazzjoni fejn kważi kulħadd għandu xogħol, bosta Maltin xorta jħarsu għal impjieg barra minn xtutna biex jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.

M’għandux ikollna biżgħa. Li għandu jkollna għarfien u rispett.

Mistoqsija tarax il-bżonn ta’ bidla fir-responsabbiltajiet kostituzzjonali, il-President qalet li wasal iż-żmien li npoġġuh taħt il-lenti.

Għaddejt minn ċertu sitwazzjonijiet fejn – ħassejtek qiesek f’gaġġa?– tkun f’gaġġa – tkun f’ġaġġa kosituzzjonali jiġifieri jekk inti thares lil hinn mill-gaġġa tibda tgħin li jiena qiegħda f’gaġġa.

Sostniet li waqt li temmen li r-responsabbiltjaiet tal-president għandhom jibqgħu mhux eżekuttivi, madankollu qalet li hemm bosta eżempji ta’ pajjiżi oħra li għandhom xi ftit setgħat. Fosthom li jkollu s-setgħa tal-casting vote bħala president tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.

Hawn ċirkostanzi ta’ presidenti mhux eżekuttivi li meta tiġi liġi mill-parlament għandhom il-fakulta li jekk jaraw li hemm xi ħaġa li ma ddoqqx jibagħtu għal rikonsiderazzjoni.

Dwar ir-riforma kostituzzjonali, il-President qalet li rat rieda politika kbira mill-partiti politiċi biex din issir u ttammat li din titwettaq għax fi kliemha nħela wisq żmien.

Għandna bzonn kositutzzjoni li tkun tassew relevanti għas-seklu 21 m’ghandiex naħlu iktar żmien. halli nsahhu l-istituzzjonijiet tagħna ħalli l- poplu jkun iktar parteċipattiv u m’ għandux jinħela aktar żmien.

Mistoqsija x’kienu l-isbaħ mumenti tal-presidenza tagħha, Coliero Preca kienet skjetta.

Jien il-laqgħat li kelli ma’ nies u ż-żgħażagħ – jien tgħallimt minn kulħadd anke minn min ikkritikani u għaġġel. kritikani fl-arja…imma mbagħad mit-tfal u ż-żgħażagh tgħallimt wisq u veru nixtieq li l-politici tagħna jifhmu kemm hemm bżonn l-parteċipazzjoni taghhom b’mod strutturat.

Mistoqsija dwar il-ġejjieni tagħha issa li mill-Ħamis tagħlaq dan il-kapitlu f’ħajjitha bħala Kap ta’ Stat, il-Presidenti assiguratna li mhux se tieqaf hawn.

Għandi ħafna ħeġġa biex inkomplu x xogħol li bdejt fiż-żewġ fondazzjonijiet – 12 proġett soċjali u l-fondazzjoni għall-ġid tas-soċjetà hemm programm ppjanat kollu – għamilna ħafna xogħol u nħares ‘il quddiem biex inkomplu naħdmu b’ risq il-ġid tas-soċjetà – se ssib x’tagħmel? jekk ma nsibx x’nagħmel nivvintah Owen….

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend