Taf min hu Victor Pasmore? | One News

Notifiki

Taf min hu Victor Pasmore?

Maħsub biex iservi bħala sors ta’ ispirazzjoni fix-xena tal-arti lokali, il-mużew il-ġdid tal-arti ta’ Heritage Malta, MUŻA, qed jistieden lill-pubbliku għall-ewwel laqgħa ma’ l-Arti Moderna u Kontemporanja permezz ta’ taħdita li se ssir nhar il-Ħamis, 4 t’April, dwar il-ħajja tal-artist Victor Pasmore hawn Malta.

Victor Pasmore se jkun introdott lill-parteċipanti bi preżentazzjoni dwar iż-żmien li qatta’ hawn Malta u kif dan influwenzalu ħajtu u l-karriera tiegħu. Id-diskussjoni li se ssegwi se tinkludi t-tifkiriet u l-memorji ta’ individwi li kienu jafuh, fosthom membri tal-familja Pasmore u ħbieb tiegħu. Il-parteċipazzjoni ta’ membri mill-udjenza li jaf ikollhom xi memorji u ġrajjiet tal-artist hija mħeġġa.

Dan l-avveniment qed jiġi organizzat b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Arkivji u l-Kollezzjonijiet Speċjali tal-Librerija tal-Università ta’ Malta.

Id-dħul huwa bla ħlas u l-attività tibda fis-18.30 fil-mużew MUŻA – Berġja tal-Italja, Triq il-Merkanti, Valletta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend