Mara oħra tgħid li missha b’mod indiċenti – One News

Notifiki

Mara oħra tgħid li missha b’mod indiċenti

Mara oħra akkużat lill-eks Viċi President Joe Biden li missha b’mod mhux xieraq, hekk kif id-Demokratiku qed itella’ u jniżżel jikkontestax l-elezzjoni tal-White House.

Amy Lappos qalet li Biden missilha wiċċha biż-żewġ idejn u ħakk imnieħru ma’ tagħha iktar minn 10 snin ilu.

L-allegazzjoni saret wara li mara oħra bl-isem ta’ Lucy Flores qalet li Biden biesha fuq il-wara ta’ rasha waqt avveniment tal-kampanja.

Biden qal li huwa ma jemminx li kien hemm xi darba fejn aġixxa b’mod mhux xieraq.

L-eks Senatur ta’ Delaware, li serva bħala Viċi President ta’ Barack Obama bejn l-2009 u l-2017, huwa kkunsidrat li jista jkun kandidat favorit fit-tellieqa Demokratika għan-nominazzjoni presidenzjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend