L-Omm imnikkta, imweġġgħa b’qalbha maqsuma – One News

Notifiki

L-Omm imnikkta, imweġġgħa b’qalbha maqsuma

L-omm imnikkta, imweġġa’, b’qalbha maqsuma. Marija refuġju għal kull dulur!

L-omm imnikkta, l-omm rassenjata, l-omm mimlija mħabba. Marija hi dik il-mara li tbati fis-skiet u s-silenzju ta’ qalba.

L-istorja tat-tbatija ta’ Sidtna Marija relatata mal-Passjoni ta’ Ġesù Kristu, se tkun minsuġa ma’ esperjenzi kurrenti miż-żminijiet tal-lum. Dan u aktar permezz tal-produzzjoni; “L-Omm Imnikkta” li se tkun preżentata nhar it-Tlieta 16 u l-Erbgħa 17 ta’ April 2019, fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali San Sebastjan Ħal Qormi, fit-8:00 ta’ filgħaxija.

Il-Qormi Drama Pageant Group San Sebastjan, bhal dawn l-aħħar 21 sena, se jerġa jżomm l-appuntament annwali tiegħu biex jippreżenta xogħol relatat mal-Ġimgħa Mqaddsa. Fuq kitba u direzzjoni ta’ Sebastian Aquilina, “L-Omm Imnikkta” se joffri mumenti ta’ emozzjoni, li tlaqqana ma’ ħafna realtajiet. Se joffri lill-bniedem biex jersaq bin-nuqqasijiet u l-biżgħa tiegħu, lejn Ġesùu jitlob għall-għajnuna.

Se jurina l-kobor tal-imħabba ta’ omm. L-omm li lesta dejjem tisma’ u tkun ta’ għajnuna f’kull bżonn.

Ritratti: Matthew Cauchi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend