Ix-xitan kien jgħidilhom biex ikollhom x’jaqsmu ma’ lasta ta’ xkupa – One News

Notifiki

Ix-xitan kien jgħidilhom biex ikollhom x’jaqsmu ma’ lasta ta’ xkupa

Tfajla ta’ 15-il sena qalet li vuċi paranormali qalet lil ommha u oħtha biex ikollhom x’jaqsmu ma’ lasta ta’ xkupa.

Dan id-dettall ħareġ waqt is-smigħ ta’ każ ta’ abbuż u stupru li qed jinstema’ l-Qorti.

It-tfajla kienet qed tixhed il-Qorti f’każ kontra l-għarus tagħha ta’ 18-il sena li qed jiġi akkużat bi stupru ta’ ommha u oħtha, li sfurzhom jagħmlu affarijiet kontra r-rieda tagħhom.

Il-ġuvni qed jiġi akkużat ukoll li kellu x’jaqsam mat-tfajla tiegħu li hija minorenni.

Kienet it-tfajla li fl-awla tal-qorti qalet li minn ċkunitha, ommha kienet tieħu sehem f’ritwali sataniċi.

It-tfajla rrakkuntat kif il-bibien u l-kxaxen tad-dar kienu jinfetħu waħedhom b’vuċijiet jitkellmu bil-Latin jew biki ta’ trabi jidwu mad-dar, filwaqt li l-arloġġi kollha tar-residenza kienu jimmarkaw it-tlieta ta’ filgħodu.

Qalet ukoll li kellha tmur tgħix man-nannu tagħha wara li ommha xtrat pupa satanika partikolari li x’ħin tħares lejha kienet tisturdiha.

Mistoqsija għaliex ommha kienet tagħmel ir-ritwali sataniċi, it-tfajla rrispondiet li ommha kienet ossessjonata bil-flus u li x-xitan kien wiegħed li se jipprovdilha flus bla qies.

It-tfajla qalet ukoll li x-xitan kien jikkmanda lil ommha tagħmel affarijiet strambi bħal meta ordnalha tgħin lil ommha u lil oħtha jkollhom x’jaqsmu ma’ lasta ta’ xkupa.

Hija kienet irrifjutat li tagħmel dan l-att iżda ommha u oħtha pproċedew.

Hija qalet ukoll li dak il-ħin kien hemm l-għarus tagħha d-dar u li għattielu rasu b’kutra biex ma jarax x’kien qed jiġri.

Mistoqsija dwar kellhiex x’taqsam mal-għarus tagħha hija wieġbet iva iżda qalet li qatt ma ġiet sfurzata kontra l-volontà tagħha. Dan qalitu fid-dawl tal-akkużi u r-rapporti miġjuba kontra l-istess ġuvni li stupra lil oħtha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend