Indjan ta’ 39 sena għall-ħabta tas-18.00 tal-bieraħ iddaħħal l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li sofra xi ġrieħi waqt li kien fuq vapur.
Jidher li r-raġel waqa’ minn għoli waqt li kien fuq vapur fl-ibħra Maltin. Il-vittma ddaħħal Malta permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Huwa ttieħed lejn il-bazi ta’ Ħal Luqa fejn hemmhekk kien hemm ambulanza li ħaditu l-Isptar sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li r- raġel qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.