IL-KE tapprova €74 miljun għal ilma tax-xorb aħjar f’Malta – One News

IL-KE tapprova €74 miljun għal ilma tax-xorb aħjar f’Malta

Il-Kummissjoni Ewropea approvat kważi erbgħa u sebgħin miljun ewro biex jitjieb il-livell tal-ilma tax-xorb fil-gżejjer Maltin.

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li permezz ta’ proġetti li qed twettaq il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tissaħħaħ is-sigurtà tal-ilma f’pajjiżna u l-użu tal-ilma tal-pjan.

Fi stqarrija, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalet li l-approvazzjoni tal-proġett mill-Kummissjoni Ewropea mhux biss se jwassal għal titjib drastiku fil-konservazzjoni tal-ilma tal-pjan, iżda se jwassal ukoll għal użu ta’ enerġija aktar effiċjenti u fuq kollox kwalità ta’ ilma aħjar fid-djar Maltin.

Il-Korporazzjoni qalet li l-proġett se jagħmel rivoluzzjoni sħiħa fil-mod ta’ kif nipproduċu u nqassmu l-ilma f’Malta. Qalet li l-impjant ta’ reverse osmosis f’Malta qed jipproduċu aktar ilma iżda b’inqas enerġija. Fl-istess waqt qalet li l-użu tal-ilma tal-pjan se jonqos b’erba’ biljun litru ilma fis-sena.

Il-korporazzjoni żiedet tgħid li qed tibni impjant ġdid tar-reverse osmosis f’Għawdex b’kapaċità li jipproduċi disa’ miljun litru kuljum u għalhekk se jassigura provvista ta’ ilma ta’ kwalità għall-Għawdxin.

Apparti dan qed titħaffer mina minn Pembroke għal Ta’ Qali b’investiment ta’ 33 miljun ewro biex tkompli titjib il-kwalità tal-ilma.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *