Il-Pulizija arrestat erba’ rġiel li kienu fil-pussess ta’ 65 kilo kannabis li kienet lesta biex tiġi ttraffikata.
Fi stqarija, il-Pulizija qalet li arrestat raġel ta’ 40 sena minn Ħal qormi li kien fil-pussess ta’ 17-il kilo kannabis li kienet moħbija fil-karozza tiegħu. Il-Pulizja sabet 47 kilo droga oħra f’garaxx fil-Gżira u f’dar fl-Imsida li kienu lesti biex jiġu ttraffikati. Il-pulizija sabu wkoll basket li kien fih kilo kannabis u ammot ta’ droga magħrufa bħala magic mushroom flimkien ma’ €17,000.
It-tliet irġiel oħra huma Kroat ta’ 42 sena li joqgħod il-Gżira u żewġ Serbi, wieħed ta’ 36 u ieħor ta’ 37 sena li joqogħdu l-Imsida u n-Naxxar.
L-Erbgħa rġiel għadhom qed jinżammu arrestati biex jgħinu lill-pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali bl-erba’ rġiel mistennija jitressqu l-qorti l-Erbgħa filgħodu mixlija b’assoċjazzjoni u traffikar ta’ droga u ħasil ta’ flus.