Adrian Delia għandu jġorr ir-responsabbiltà tal-ħsara li saret lil Malta – Alfred Sant – One News

Notifiki

Adrian Delia għandu jġorr ir-responsabbiltà tal-ħsara li saret lil Malta – Alfred Sant

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit hekk imsejjaħ Nazzjonalista jrid jerfa’ r-responsabbilta` tal-ħsara politika li qegħdin jagħmlu r-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew. Dan qalu Alfred Sant f’laqgħa politika f’Marsaxlokk. L-Oppożizzjoni Nazzjonalista   kellha sehem kbir fit-tfassil tar-Riżoluzzjoni tas-Saltna tad-Dritt dwar Malta. Il-membri Ewroparlamentari tal-PN b’mod sistematiku ilhom jinstigaw li titla’ din ir-Riżoluzzjoni biex jagħmlu ħsara lil Malta. Ilhom ix-xhur jisqu gideb dwar Malta lill-Partit Popolari Ewropew, l-akbar grupp fil-Parlament Ewropew. Fit-tħejjija tar-riżoluzzjoni l-aktar prinċipji elementari tal-fair play u tal-oġġettivita` twarrbu għal kollox.

“Is-sodisfazzjon tal-PN huwa li jagħmlu ħsara lil Malta fl-Ewropa. Dan mhux aċċettabbli.”

Alfred Sant qal li l-konklużjonijiet tar-Riżoluzzjoni dwar is-Saltna tad-dritt f’Malta kienu mħawda u mibnija fuq premessi foloz jew żbaljati, u intweriet injoranza tar-realta` storika ta’ pajjiżna, jekk mhux disprezz lejha.

“B’mod ta’ qdusija falza, b’arja li huma l-aqwa esperti fid-demokrazija u fit-tmexxija skont ir-regoli tal-liġi, bi skopijiet partiġġjani moħbija imma trasparenti, dawk li ħadmu biex ivaraw ir-riżoluzzjoni poġġew lill-Parlament f’pożizzjoni fejn għamilha ta’ prosekutur, ġurija u imħallef.”

Alfred Sant qal li dawk li mexxew din ir-riżoluzzjoni tellfu lill-Parlament Ewropew kull kredibilita` meta jersaq biex jingħata xi rwol serju fil-konferma tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea jew barra minnha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend