Raġel Serb ta’ 46 sena ġie arrestat mill-Pulizija Taljana f’Ragusa malli kien se jitlaq mill-port ta’ Pozzallo bil-katamaran lejn Malta.
Rapporti fil-midja ta’ Sqallija qalu li r-raġel kien qieghed iġorr madwar għaxar kilo droga marijuna li l-valur fis-suq tagħha jammonta għal madwar disgħin elf ewro. Huwa ġie arrestat mill-uffiċjali tal-Guardia di Finanzia l-Ġimgħa li għadda.
L-istess rapport qal li fl-aħħar jiem ġie arrestat ukoll żagħżugħ Ingliż li kien qieghed jipprova jdaħħal f’Malta droga kokaina u ħaxixa f’kompartament tal-karozza tiegħu.