Is-CRPD mħassba dwar trattament ta’ studenti b’diżabbiltà wara stqarrijiet minn xi għalliema – One News

Notifiki

Is-CRPD mħassba dwar trattament ta’ studenti b’diżabbiltà wara stqarrijiet minn xi għalliema

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità tinsab imħassba fuq stqarrijiet maħruġa dan l-aħħar mill-unjins tal-għalliema, hekk kif studenti b’diżabilità jistgħu ikunu affettwati b’mod ħażin.

Fi stqarrija, il-Kummissarju Oliver Scicluna qal li filwaqt li s-saħħa u l-kundizzjonijiet tal-edukaturi għandhom ikunu protetti, dan ma jistax isir għad-dannu tad-dinjita tat-tfal b’diżabilta. L-istqarrijiet li għalihom għamlet referenza il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità kienu dwar il-Learning Support Educators u d-dmirijiet tagħhom lejn tfal b’diżabilta.

Stqarrijiet maħruġa minn żewġ unjins qalu li dawn l-edukaturi kienu qed iweġġgħu wara li kellhom jerfgħu it-tfal kuljum. Il-Kummissjoni appellat lill-Gvern biex jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tkun protetta s-saħħa tal-edukaturi, ikun hemm titjib fil-kundizzjonijiet u kif ukoll id-disponibbiltà ta’ tagħmir meħtieġ għal iktar aċċessibbiltà, flimkien ma’ taħriġ.

Scicluna jispera li t-tfal b’diżabilità ma jsirux ħsara kollaterali fil-ġlieda ta’ sħubija bejn l-unjins tal-għalliema.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend