Ġuvni ta’ 17-il sena ferut gravi wara li ttajjar minn karozza f’Għawdex – One News

Notifiki

Ġuvni ta’ 17-il sena ferut gravi wara li ttajjar minn karozza f’Għawdex

Franċiż ta’ 17-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza f’Għawdex is-Sibt filgħaxija.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:15 p.m. fi Triq l-Għarb, l-Għasri, Għawdex. Il-vittma ttajjar minn karozza tat-tip Toyota Tercel li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 41 sena mix-Xagħra, Għawdex.

Iż-żagħżugħ ittieħed l-isptar għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend