Produzzjoni esklussiva dwar il-ħelsien | One News

Notifiki

Produzzjoni esklussiva dwar il-ħelsien

Ħelsien huwa d-dokumentarju storiku li ONE se jxandar f’jum il-Ħelsien wara l-bulletin tal-aħbarijiet.

Fi ftit aktar minn mitt minuta, dan id-dokumentarju jagħti stampa wiesa’ tal-kisba kostituzzjonali tal-Ħelsien.

Permezz ta’ filmati ta’ Shaun Cucciardi u mill-arkivji sar muntaġġ eċċellenti minn Jonathan Galea.

Fix-xogħol li sar f’Malta u anki f’Londra, il-ġurnalist Edward Montebello, li kiteb dan id-dokumentarju, jispjega kif hemm interpretazzjoni storika fis-sens wiesa’ tal-ħelsien.

Ħelsien sar wara riċerka fejn ġew mgħarbla numru ta’ dokumenti anki tal-Kabinett Ingliż li nnegozja l-ftehim ta’ difiża mal-Gvern tal-Perit Mintoff.

Fih hemm kontribut ukoll ta’ diversi akkademiċi fosthom Professur tal-Istorja minn Università rinomata f’Londra, kif ukoll il-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat jgħaddi ħsieb interessanti dwar il-Ħelsien.

Intant apparti din il-produzzjoni esklussiva li tibqa’, ix-xahar attivitajiet mill-Partit Laburista biex jitfakkar Jum il-Ħelsien jingħalaq b’ħarġa speċjali tal-gazzetta Kullħadd.

Il-gazzetta se jkollha suppliment speċjali b’numru ta’ intervisti u għal dan il-Ħadd biss tinbigħ żewġ ewro.

Il-Partit Laburista jfakkar ukoll li jonqos ftit għexieren ta’ skulturi li l-partit ikkummissjona għal dan l-avveniment storiku.

Il-Partit Laburista qed jieħu l-ordnijiet għal dawk interessati li jiksbu din l-iskultura mill-isbaħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend