Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May se tipprova ġġib l-appoġġ tal-membri parlamentari fuq parti mill-ftehim tagħha ta’ Brexit, fil-jum li r-Renju Unit suppost kellu joħroġ mill-Unjoni Ewropea.
Il-Membri Parlamentari se jivvutaw fuq il-ftehim, li jindirizza l-kundizzjonijiet tat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
Il-Ministri qalu li l-appoġġ tagħhom huwa kruċjali biex ir-Renju Unit jevita ħruġ diżorganizzat.
Il-Partit Laburista Ingliż se jivvota kontra, hekk kif qed jgħid li l-fatt li ċċaħħad lill-membri parlamentari minn opinjoni fuq parti mid-dikjrazzajoni politika tal-ftehim, isarraf f’Brexit b’għajnejn mgħottija.
Jekk il-vot tal-Ġimgħa jgħaddi, dan jassigura li brexit ikun pospost sat-tnejn u għoxrin ta’ Mejju.
Iżda mhux se jippermetti lill-Parlament Ingliż biex jirratifika l-pakkett kollu tat-tluq, hekk kif il-liġi tippermetti dan wara li jkun hekk votazzjoni li tagħmel sens fuq iż-żewġ sezzjonijiet tal-ftehim.