Il-Pulizija flimkien ma’ ambulanza u membri tal-protezzjoni ċivili issejħu biex jassistu f’ħidma wara li waqa’ ħajt fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.
Sorsi li tkellmu ma’ one.com.mt qalu li ħadd ma weġġa f’dan l-inċident.
Il-membri tal-protezzjoni ċivili madanakollu qed jassistu f’ħidma peress li għad hemm xi ġebel fil-periklu li jaqa’.
Iżjed dettalji fil-ħin li ġej.
Ritratti u filmati: Kimberley Portelli