Illejla bejn l-10pm u s-1am, se tingħalaq it-telgħa li mill-karreġġjata tat-tramuntana ta’ Triq Reġjonali tagħti għall-Bypass ta’ Birkirkara, is-Swatar, l-Isptar Mater Dei u l-Università ta’ Malta. Dan sabiex tinbena korsija ġdida biex titwessgħa din il-karreġġjata.
Infrastructure Malta appellat lis-sewwieqa sabiex jużaw ir-rotot alternattivi minn Triq il-Wied tal-Imsida jew mir-roundabout tal-Kappara Junction.
Dan bħala parti mill-proġett li se jwessgħa Triq Reġjonali minn erbgħa għal sitt korsiji bħala parti minn proġett ta’ €7 miljun, li jinkludi wkoll it-titjib ta’ 7 junctions bejn il-mini Tal-Qroqq u Santa Venera.