Ingħata l-ħelsien mill-arrest Anthony Rametta – Sqalli ta’ 41 sena minn Sirakuża li qed jaffaċċja akkuzi ta’ importazzjoni u pussess ta’ mitejn kilogramma reżina u ħaxixa tal-kannabis.
Il-każ imur lura għal-Lulju li għadda meta d-droga nstabet ġol vann li twaqqaf mill-pulizija.
Il-vann twaqqaf f’Ta’ Qali fejn instabu 90 kilogramma reżina tal-Kannabis f’kannestri tad-dulliegħ u l-bettiegħ, u wara li l-pulizija kompliet tagħmlet aktar tfixijiet, sabet mal-110kg droga kannabis.
Il-ħelsien mill-arrest ingħatalu tmien xhur wara minn kemm ilu arrestat mill-Imħallef Edwina Grima.
Għall-imputat dehru l-avukati Alfred Abela, Arthur Azzopardi u Rene Darmanin.