Aimen Ageli tressaq il-Qorti akkużat li kellu fuqu d-droga eroina fiċ-ċella tiegħu.
Il-każ seħħ Ġunju tal-elfejn u sitta, bl-akkużat jwieġeb mhux ħati tal-akkużi.
Qal ukoll li sar frame-up fuqu jum qabel kienet se tispiċċalu s-sentenza li kien qed jiskonta.
L-akkużat qal li kien hemm nuqqas mill-gwardjani hekk kif iċ-ċella tiegħu ma ġietx imsakra meta ħareġ minn fiha, u kien f’dal-mument li skontu, tpoġġiet id-droga fiċ-ċella.
L-eks Spettur Nadia Falzon ikkonfermat dan.
Il-Qorti lliberat lil Ageli, hekk kif ma sabitux ħati, u kkunsidrat ukoll li l-uffiċjali tal-ħabs fittxew id-droga ftit wara li l-akkużat u priġunieri ieħor daħlu jfittxu wara li ssusspettaw li sar frame-up fuqhom.