il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qalet lill-membri parlametari li se tirriżenja mill-kariga tagħha qabel tibda l-fażi li jmiss dwar in-negozjati ta’ Brexit. Dan dejjem jekk il-ftehim tagħha jkun appoġġjat.
S’issa għad ma hemm l-ebda data stabbilieta għat-tluq tagħha, iżda jista jkun li ssir elezzjoni għat-tmexxija viċin Mejju.
May sostniet li lesta titlaq mill-kariga tagħha iktar kmieni minn kemm ippjanat hi bil-għan li jkun hemm Brexit b’mod ordnat.