Il-passi ta’ ġgant li għamlet Malta fl-aħħar xhur fit-teknoloġija tal-blockchain u d-DLT wasslu biex pajjiżna jiġi mlaqqam bħala ‘The Blockchain Island’.
Però, minkejja dan, ftit huma dawk li verament jifhmu x’inhu l-blockchain, u x’jista’ jfisser għall-ħajjiet u l-futur tagħna.
Għaldaqstant Mathhew Sacco u Jasper De Trafford, żewġ professjonisti fil-qasam tat-teknoloġija u s-servizzi finanzjarji, issieħbu f’inizjattiva ta’ diskussjoni fuq x’inhu blockchain – sabiex dan il-kunċett jinftiehem anke minn dawk li huma ġodda għal din it-teknoloġija.
Staqsejnihom fi ftit kliem jispjegaw x’inhi blockchain.,
“Fil-verita toffri sistema fejn persuna jibghat xi haga ta valur lil persuna ohra minghajr ebda entita fin-nofs. Iġifieri hija sistema decentralizzata.”
Għaldaqstant kull sistema li taħdem bit-teknoloġija tal-blockchain taħdem permezz ta’ programm jew programmi, u r-riżorsi fil-kompjuters ta’ dawk kollha li jagħmlu użu minnhom.
“Id-data tigi storjata fil-blockchain li teżisti fuq in-network li qiegħda distributed fost in-nodes kollha, il-ħafna persuni, il-ħafna persuni fid-dinja, kollha connected bl-internet insomma.”
“Igifieri min just jibghat tranzazzjoni normali ta’ flus per ezempju. Min jiehu hsieb li jiccekkja li dawk il-flus jistghu jintbaghtu, min jivverifika t-tranzazzjonijiet. U ghalhekk hemm dinamika shiha li ahna nsejhulha bhala blockchain.”
Din is-sistema, qalulna, tista’ tintuża f’bosta setturi, u tipprovdi sigurtà fuq l-awtentiċità u l-korrettezza tal-informazzjoni.
“Hemm diversi teknologiji li jistghu jsolvu l-problemi, u l-blockchain hi wahda minnhom. Bit-tajjeb u l-hazin taghha.”
L-għan aħħari ta’ dan l-avveniment – bl-isem Blockchain for Beginners, In Aid of Save Valletta Skyline – lil hinn mill-informazzjoni dwar din it-teknoloġija ġdida, hu li jikber l-għarfien u jinġabru iżjed fondi sabiex tiġi rrestawrata l-pro katidral ta’ San Pawl fil-Belt, li l-koppla tagħha – spjegawlna – tinsab fi stat ħażin ħafna.
Avveniment li se jsir fil-Palazzo De La Salle fil-Belt Valletta fit-tmienja u għoxrin ta’ Marzu fis-sitta u kwart ta’ filgħaxija