Sufin Abdulsalam Ali Atomi ta’ sitta u għoxrin sena mil-Libja ingħata sentenza ta’ probation għal tliet snin u ġie ordnat jagħmel mitejn siegħa xogħol komunitarju.
Dan wara li nstab ħati li aggredixxa u seraq minn tliet nisa wara li dawn irrifjutaw l-avvanzi tiegħu.
Każ minnhom kaz seħħ fid-disgħa u għoxrin t’Awwissu tal-elfejn u erbatax f’Paceville meta r-raġel ltaqa’ magħhom u baqa’ sa ma’ b’forza daħal magħhom f’darhom. Eventwalment, wara li seraqhom, aggredihom tant li waħda minnhom kellha bżonn il-punti fuq moħħha.
Każ ieħor seħħ tlett ijiem qabel, meta mara Russa spiċċat taqla’ bil-ponn u bis-sieq u misruqa wara li rrifjutat l-avvanzi tiegħu.
Il-Maġistrat Joe Mifsud innota li f’dan il-każ l-akkużat diġà għamel progress f’ħajtu, u l-ħabs kien se jagħmel iktar ħsara milli ġid. Għaldaqstant ordna li jwettaq mitejn siegħa xogħol fil-komunità.