Sewwieq ta’ mutur spiċċa l-isptar wara li pprova jevità arblu tat-traffic lights li waqa’.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.45am meta raġel ta’ 27 sena minn Ħ’Attard li kien qed isuq vann laqat l-arblu tat-traffic lights. Dan wassal biex ir-raġel ta’ 50 sena minn Raħal Ġdid li kien qiegħed isuq il-mutur tat-tip Honda CB600 waqa’ hu u jevita l-arblu.
Is-sewwieq tal-vann ma sofra l-ebda ġrieħi filwaqt li s-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar għall-kura.
Iktar tard ġiet ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.