Sena ħabs sospiżi għal sentejn għal Jason Abela ta’ sebgħa u erbgħin sena mill-Qawra magħruf bħala l-bennej wara li fil-Qorti nstab ħati li ttraffika d-droga eroina.
Il-każ imur lura għall-2002.
Il-Maġistrat Neville Camilleri ħa in konsiderazzjoni l-fatt li tul dawn is-sbatax-il sena, l-imputat biddel ħajtu u għamel programm ta’ rijabilitazzjoni tad-droga.