Il-Membru tal-Parlament Ewropew Ana Gomes anke ma’ klabb tal-futbol magħruf fil-Portugall u l-Ewropa spiċċat f’kunflitt. Tant li l-klabb magħruf ta’ Benfica ħabbar li se jkun qed ifittex lill-MEP Portugiża għal dikjarazzjonijiet foloz u ta’ malafama.
Fil-mira ta’ Gomes din id-darba kien hemm il-President ta’ Benfica Luis Filipe Viera li skont Gomes huwa mniżżel f’diversi listi ta’ midjuna fil-pajjiż li ma ħallsux self li sar lilhom. Saħansitra qalet li l-klabb ta’ Benfica hu involut fi skemi ta’ korruzzjoni. Kien hawn li l-MEP Portugiża li llum magħrufa għal kif tispara l-akkużi fuq kulħadd mingħajr ma tipprovahom, qalet li mhux il-klabb biss korrott iżda anke dawk responsabbli għalih.
Għax Benfica ma ġew akkużati b’xejn Gomes ħarġet tattakka lill-pulizija u l-ġudikatura.
Jidher li Gomes qed tibni ħafna mill-argumenti tagħha fuq persuna li kien saħansitra estradit lejn il-Portugall biex jiffaċja akkużi kriminali. Ir-raġel bl-isem ta’ Rui Pinto prova jaħrabhom billi ġġieled il-proċeduri ta’ estradizzjoni. Iżda, tilef il-każ tiegħu.