Conor McGregor jirtira mill-isport tal-Mixed Martial Arts – One News

Conor McGregor jirtira mill-isport tal-Mixed Martial Arts

L-Istilla Irlandiża tal-UFC Conor McGregor ftit tal-ħin ilu ħabbar fuq Twitter li se jkun qed jirtira mill-isport tal-Arti Marzjali.

L-atleta ta’ 30 sena minn Dublin fl-Irlanda ddeċieda li jtemm ħesrem il-karriera tiegħu ftit tal-jiem wara li falla tentattiv ieħor li jiġġieled din is-sena kontra Donald Cerrone. Il-ġimgħa li għaddiet il-UFC ħabbret li Cerrone ser ikun qed jiġġieled kontra Al Iaquinta f’Mejju li ġej.

Madanakollu ħafna mhux jemmnu din l-aħbar hekk kif McGregor kien diġa ħabbar li ser jirtira meta kien ser jiġġieled it-tieni ġlieda tiegħu kontra Nate Diaz. Ħafna huma tal-opinjoni li dan huwa mod ieħor ta’ kif McGregor jiġbed l-attenzjoni għall-konfronti tiegħu u huwa b’hekk li kull darba li jiġġieled jagħmel ammonti kbar ta’ flus, kemm għalih u kemm għall-kumpanija li jiġġieled għaliha permezz tas-sistema pay-per-view.

Iżda l-President tal-UFC Dana White m’huwiex tal-opinjoni li din l-aħbar hija xi tentattiv biex tiġbed l-attenzjoni. Huwa tenna li verament jemmen li Conor McGregor għadu kif irtira hekk kif issa wasal f’punt fejn m’għandux bżonn iktar jiġġieled. Dan hekk kif l-investiment tiegħu f’whiskey ġdid bl-isem ta’ Proper 12 kien ta’ suċċess kbir għalih u b’hekk l-atleta Irlandiz m’għandux għalfejn jibqa’ jiġġieled għall-flus.

“Għandu l-flus biex jirtira u l-whiskey tiegħu għamel suċċess kbir. Tagħmel sens li jirtira u li kieku kont jien nirtira wkoll,” qal Dana White.

L-aħħar darba li McGregor iġġieled ġewwa Octagon tal-UFC kien f’Ottubru li għadda kontra Khabib Nurmagomedov fejn tilef fir-raba’ round wara li ċeda.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend