Żewġ ajruplani militari Russi niżlu fl-ajruport prinċipali tal-Veneżwela fil-jum tas-Sibt. Qed ikun irrappurtat li kienu qed iġorru għexieren ta’ suldati u ammonti kbar ta’ tagħmir. L-aġenzija Russa tal-aħbarijiet Sputnik irrappurtat li l-ajruplani ntbagħtu sabiex ikunu sodisfatti kuntratti militari tekniċi. Javier Mayorca, ġurnalist minn Veneżwela, kiteb fuq Twitter li ra madwar mitt suldat u ħamsa u tletin tunnellata ta’ tagħmir jitniżlu minn fuq l-ajruplani.
Dan kollu qed jiġri tlett xhur wara li ż-żewġ pajjiżi kellhom eżerċizzji militari konġunti.