Titnieda Tech.mt għall-promozzjoni tal-ekonomija diġitali f’Malta – One News

 Titnieda Tech.mt għall-promozzjoni tal-ekonomija diġitali f’Malta

Il-Gvern b’kollaborazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ nieda l-fondazzjoni Tech.Mt li ser tgħin tesponi lil pajjiżna madwar id-dinja bħala ċentru tal-innovazzjoni u t-teknoloġija speċjalment f’oqsma bħal dawk tal-Intelliġenza Artifiċjali.

Tech.mt ser tara wkoll li kumpaniji Maltin ikunu jistgħu jippromwovu x-xogħol tagħhom barra mill-pajjiż.

Iċ-ċermen ta’ Tech.mt Mark Bugeja qal li l-għan ewlieni ta’ din il-pjattaforma hija li tistabbilixxi lil Malta bħala pijuniera f’dan il-qasam.

Tech.mt hija l-marketing arm biex nattiraw investimenti ġodda ta’ din it-teknoloġija kif ukoll ngħinuhom biex l-affarijiet li jkollhom l-business tagħhhom nipromovuhom barra wkoll.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri ħabbar ukoll li ġew tripplikati l-fondi allokati għas-settur tal-ekonomija diġitali.

Huwa tenna li din it-tnedija timmarka t-twettiq ta’ miżura oħra mill-baġit ta’ din is-sena.

Tech.mt hija wegħda oħra imwettqa mill-baġit ta’ din is-sena. Bażikament qed naraw ukoll li tripplikajna wkoll il-baġit li kien allokat għall-promozzjoni tas-settur tal-ekonomija diġitali u qed naraw kif koperazzjoni maċ-Chamber of Commerce flimkien mal-Gvern ħa nkunu qed nsaħħu ġ-ġurisdizzjoni Maltija billi nagħmlu promozzjoni tax-xogħol kollu li jkun qed isir ġol-pajjiż lill-hinn minn xtutna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend