“It’s beginning to look like you might be a money launderer, Delia.” Kitbu dan tal-Occupy Justice, fuq Facebook, b’reazzjoni għall-istorja żvelata minn The Sunday Times, li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia daħħal kważi nofs miljun ewro f’ċekkijiet u depożiti fi flus kontanti daħlu f’kont bankarju f’Jersey.
Tal-Occupy Justice qalu li din l-istorja hija l-bidu li tindika li Adrian Delia jista jkun li jaħsel il-flus. Fil-grupp Occupy Justice, li twaqqaf sabiex ifakkar l-blogger Daphne Caruana Galizia, huma attivi sew id-deputati nazzjonalisti mill-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, bħal Busuttil inifsu, Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Beppe Fenech Adami u Claudette Buttigieg.
“Daphne was right” irrimarkaw tal-Occupy Justice. Kienet Daphne Caruana Galizia li fit-tellieqa għall-Kap, allegat li Adrian Delia daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjien mill-Prostituzzjoni.
Wara li ħarġet b’din l-allegazzjoni fil-konfront ta’ Adrian Delia, Daphne Caruana Galizia kienet kitbet li qiegħda tirċievi messaġġi ta’ theddid mingħand nies qrib Adrian Delia – foshtom Rest in Peace Daphne.
Intant, Alessandra Dee Crespo membru fl-Occupy Justice, kitbet fuq Facebook li Adrian Delia, fid-dawl ta’ din l-istorja, għandu jieħu deċizzjoni u jara x’se jagħmel bih inifsu. Fl-aqwa interess tal-pajjiz. Ireaġixxa ukoll David Thake, li kien attiv sew fil-Partit Nazzjonalista, qabel ma leħħaq kap Adrian Delia. Tant li meta sar Kap Nazzjonalista, Thake irrizenja minn kunsillier tal-Partit Nazzjonalista f’San Pawl il-baħar.
“There are crooks everywhere you look now. The situation is desperate.” Kienet kitbet dan Daphne Caruana Galizia. U David Thake kiteb you were so right.