Żagħżugħ ta’ sitta u għoxrin sena miż-Żejtun inħeles mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li ħebb u hedded lill-eks sieħba tiegħu.
Il-Qorti semgħet kif l-allegat każ ta’ aggressjoni seħħ meta l-omm wasslet lit-tifla tal-koppja biex jieħodha l-missier.
Intqal kif l-omm għamlet rapport mal-Pulizija u ma ppreżentat ebda ċertifikat mediku.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistra Aaron Bugeja laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €4,500 bil-Maġistrat ħareġ ordni ta’ protezzjoni u ordna lill-akkużat ma jersaqx lejn l-eks sieħba tiegħu.