Jiem impenjattivi għall-MCAST tal-Mosta – One News

Jiem impenjattivi għall-MCAST tal-Mosta

Il-maltempata li laqtet lill-gżejjer Maltin ftit tal-ġimgħat ilu ħalliet l-impatt tagħha fuq l-istituzzjoni edukattiva l-MCAST fil-Mosta.

L-istitut tal-Arti Kreattiva ġarrab ħsarat li rrikjedew xogħol ta’ żebgħa, kisi, żbir u qtugħ ta’ siġar. Kellu bżonn isir ukoll bini ta’ ħitan esterni li ntlaqtu mill-maltemp.

Il-Prinċipal tal-MCAST il-Professur James Calleja qal ma’ dan l-istazzjon li x-xogħol kollu mistenni jkun lest sal-ġimgħa d-dieħla.

 “Il-maltempata li laqtet lill-gżejjer Maltin ftit tal-ġimgħat ilu ħalliet l-impatt tagħha fuq l-istituzzjoni edukattiva l-MCAST fil-Mosta. L-istitut tal-Arti Kreattiva ġarrab ħsarat li rrikjedew xogħol ta’ żebgħa, kisi, żbir u qtugħ ta’ siġar. Kellu bżonn isir ukoll bini ta’ ħitan esterni li ntlaqtu mill-maltemp. Il-Prinċipal tal-MCAST il-Professur James Calleja qal ma’ dan l-istazzjon li x-xogħol kollu mistenni jkun lest sal-ġimgħa d-dieħla.”

Il-Professur Calleja żied li l-ħidma fl-MCAST ma tieqaf qatt. Filfatt mill-2004 sal-lum l-MCAST ħa l’fuq minn 100miljun ewro f’fondi Ewropej biex inbnew diversi binjiet li minnhom qed igawdu l-istudenti u l-impjegati tal-kulleġġ.

Huwa qal ukoll li bħalissa qed jiġu żviluppati tlett binjiet prinċipali b’valur ta’ 32 miljun ewro : l-istitut tal-ICT, l-istitut tal-Inġinerija u t-Transport u binja oħra li se tilqa’ riżorsi akkademiċi.

Id-Direttur Dr. Martina Caruana tkellmet dwar l-informazzjoni li ngħatat l-istudenti waqt open day fil-kulleġġ, permezz ta’ workshops u attivitajiet interattivi.

“Kellna wkoll inizjattivi minn naħa tal-istudenti tagħna stess fejn għamlu wkoll fundraising activities għall-proġetti tagħhom fil-festival li ġej fl-aħħar tas-sena u wkoll setgġu juru ix-xogħlijiet tagħhom u jesprimu ruħhom b’mod inġenerali u juru l-pubbliku it-tip ta’ xogħol li jsir hawnekk” qalet Caruana.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend