Il-PN iqarraq fuq il-pagi – One News

Notifiki

Il-PN iqarraq fuq il-pagi

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Jobs Plus Clyde Caruana ġab fix-xejn rapport qarrieqi mill-midja Nazzjonalista dwar il-pagi tal-ħaddiema Maltin.

Fir-rapport ingħad li statistika mill-Eurostat tikxef kif il-pagi tal-ħaddiema f’Malta qed jonqsu.

Iżda ma’ ONE News, is-Sur Caruana tenna li l-Partit Nazzjonalista milli jidher jew ma jafx jinterpreta l-istatiska jew għandu l-intenzjoni li joħloq disgwid.

“Naħseb min kien qed jinterpreta l-istatistika li ħarġet dan l-aħħar mill-Eurostat jew ma jafx jinterpreta l-istatistika jew inkella r-raġuni l-oħra hija li jisgwida n-nies.”

Filfatt is-Sur Caruana spjega li l-istatistika riċenti turi kif mill-2013 l-hawn il-pagi tal-ħaddiema Maltin żdiedu b’iktar minn għoxrin fil-mija – tlettax fil-mija iktar mill-medja Ewropea.

Dan hekk kif mill-2013 l’hawn il-medja Ewropea ta’ żieda fil-pagi kienet biss ta’ 7%.

“L-interpretazzjoni trid tkun fuq numru ta’ snin minħabba l-fatt li d-data tista’ tkun influwenzata minn staġjonalità jew inkella minn ċerti moviment li jkunu qed isiru f’dak il-kwart biss” qal Caruana.

Is-Sur Caruana assigura wkoll li l-pagi se jkomplu jiżdiedu, grazzi għas-sitwazzjoni ekonomika li jinsab fiha pajjiżna.

“Minħabba s-sitwazzjoni ekonomika li għandna bħalissa f’pajjiżna minkejja li s-siegħat ta’ xogħol qed ikomplu jiżdiedu il-pagi bilfors iridu jkompli jiżdiedu għaliex inkella min qed iħaddem jekk saħansitra jara li mhux ma jżidx il-pagi u jnaqqas il-pagi mhux ser isib ħaddiema għax-xogħol tiegħu.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend