Tberik tal-annimali u wirja mill-klieb tad-Dwana u tal-pulizija fil-pjazza tan-Naxxar – One News

Notifiki

Tberik tal-annimali u wirja mill-klieb tad-Dwana u tal-pulizija fil-pjazza tan-Naxxar

Nhar il-Ħadd 31 ta’ Marzu se jsir it-tberik tal-annimali fil-pjazza tan-Naxxar. Id-dimostrazzjoni bl-annimali kif ukoll it-tberik se jsir fil-pjazza fejn ser ikun hemm ukoll is-sehem tal-iscouts tan-Naxxar.

Ser ikun hemm ukoll wirjiet mill-klieb tad-Dwana kif ukoll mis-sezzjoni tal-Pulizija fejn ser ikun hemm ukoll il-kavallerija.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jattendi billi jieħu l-‘pet’ jew il-bhima tiegħu. Ser tingħata tifkira tal-okkażjoni.

Din l-attività qed tittella’ mill-Kummissjoni Żgħażagħ tal-Banda Peace tan-Naxxar.

Għal aktar informazzjoni żur: https://www.facebook.com/SocjetaMuzikaliPeaceNaxxar/photos/gm.2162827680439253/2607174819299969/?type=3&theater

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend